20 persuna tilfu ħajjithom f’inċident li involva limousine li kienet maħsuba biex twassal grupp ta’ persuni għal festin fi New York.It-18-il persuna fil-limousine mietu flimkien ma’ żewġ persuni li kienu miexjin fit-triq.
Xhieda fuq il-post fissru kif il-limousine qasmet, laqtet karozza oħra u baqgħet dieħla f’nies li kienu għaddejjin.
Fost il-vittmi hemm erba’ aħwa u minn tal-inqas żewġ koppji li għadhom miżżewġin friski.