Minn tal-inqas għoxrin persuna tilfu ħajjithom u għexieren oħra ndarbu wara ħabta bejn żewġ ferroviji tal-passiġġieri fit-Tramuntana tal-Eġittu.
Ferrovija minnhom kienet qed tivvjaġġa mill-Kajr filwaqt li l-ferrovija l-oħra mill-Port Said meta ħabtu fil-belt kostali ta’ Alexandria.
Sa issa għadu mhux magħruf x’kien li kkawża liż-żewġ ferroviji biex jaħbtu ma’ xulxin.
Filwaqt li l-inċidenti fatali bil-ferrovija fl-Eġittu huma rari, fl-elfejn u tlettax għexieren ta’ persuni mietu wara li vann u vetturi oħra ħabtu fin-nofsinhar tal-Kajr.