Minn tal-inqas għoxrin persuna nqatlu u aktar minn erba’ mija u ħamsin sfaw midruba fl-aħħar attakki fil-Libanu.
F’dawn l-attakki splodew għadd ta’ walkie talkies ta’ membri tal-Hezbollah, attakk simili għal dawk tat-tlieta li nvolvew pagers ta’ membri oħra li wkoll splodew minn fejn s’issa inħasdu tnax-il ħajja oħra u ħallew mat-tlett elef ruħ midruba.
Dawn l-iżviluppi qegħdin iżidu mat-tensjonijiet li diġà hemm fil-Lvant Nofsani bil-gwerra fl-istrixxa ta’ Gaza.
Fost il-postijiet li fihom splodew walkie talkies, kien hemm il-funeral ta’ uħud mill-persuni li tilfu ħajjithom wara li splodew il-pagers.
Il-Hezbollah bdew jużaw dan it-tip ta’ apparat, għaliex huwa relattivament inqas teknoloġiku u b’hekk huwa aktar diffiċli li jkun intraċċat.