Aġġornat: Il-BBC qed jirrapporta kif il-persuni maqtula b’rabta mal-inċident f’Orlando telgħu għal ħamsin. Wara dak li qed ikun deskritt bħala l-ikbar qtil tal-massa fl-Istati Uniti. Is-Sindku ta’ Florida sejjaħ ukoll ‘stat ta’ emerġenza.’
Iktar qabel: Mill-inqas 20 persuna nqatlet u 42 oħra sfaw midruba wara sparaturi f’diskoteka f’Orlando, fi Florida.
Pulse Club huwa diskoteka għal persuni gay. Il-Pulizija ta’ Orlando setgħat tintervjeni biss tliet sigħat wara li beda l-isparar, għaliex kien hemm ostaġġi miżmuma. Fil-ħidma tagħhom inqatel ukoll l-agressur.
Il-Pulizija sejħulu att ta’ terroriżmu, iżda għadu mhux magħruf jekk kienx magħmul minn persuni lokali jew inkella kienx att internazzojnali.
Qraba ta’ dawk li kienu fid-diskoteka inġabru madwar sptarijiet għal aħbarijiet dwar saħħet dawk qribhom.
Mill-paġna tad-diskoteka fuq Facebook
Il-festin li kien organizzat fil-lejl tal-isparar
https://www.youtube.com/watch?v=mZ2Y9bqd6xk