Ir-Russja keċċiet 20uffiċjal diplomatiku mir-Repubblika Ċeka, wara li l-Ħadd, 18-il diplomatiku mir-Russja tkeċċa mir-Repubblika Ċeka wkoll, minħabba suspett li uffiċjali Russi setgħu kellhom sehem fi splużjoni f’maħżen tal-armi tar-Repubblika Ċeka fl-2014.
It-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kienet ukoll fuq l-aġenda ta’ laqgħa bejn il-Ministri għall-Affarijiet Barranin ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea nhar it-Tnejn.