• INVESTIMENT TA’ MILJUNI U ĊENTRI TAL-OGĦLA LIVELL
Quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar hemm 20 applikazzjoni b’rabta ma’ ċentri għall-ħarsien tat-tfal, kważi kollha għal ċentri ġodda. Jispikkaw l-applikazzjonijiet biex dawk magħrufa bħala ‘terraced houses’ jitwaqqgħu u jinbidlu f ’ċentri tal-ħarsien tat-tfal.
L-applikazzjonijiet għal dawn it-tip ta’ ċentri qegħdin jiżdiedu fid-dawl li qed tiżdied id-domanda għaċ-ċentri ta’ ħarsien tat-tfal minħabba l-iskema ta’ child care b’xejn li nieda l-Gvern ftit tas-snin ilu. Fil-fatt huma iktar minn 6,400 tifel u tifla li llum jużaw dawn iċ-ċentri meta qabel bdiet l-iskema, tal-Gvern kienu ftit mijiet li kienu jagħmlu użu minn dawn iċ-ċentri.
Hija l-lokalità tal-Mosta l-iktar li għandha applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal ċentri ġodda. Fil-fatt hemm tlieta minn dawn l-applikazzjonijiet. Żewġ applikazzjonijiet insibuhom f ’San Ġwann, fis-Swieqi u f ’Ħal Safi.
L-applikazzjonijiet l-oħra huma mifruxa f ’lokalitajiet oħra madwar il-pajjiż, bl-applikazzjoni pendenti fl-Għarb tkun l-unika waħda f ’Għawdex. Fl-aħħar snin diġà kien hemm il-ftuħ ta’ numru ta’ ċentri ġodda tant li minn 69 telgħu għal 100. Fl-aħħar jiem ukoll l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet regoli ġodda bil-għan li tkun indirizzata d-domanda.
Fil-fatt, ippublikat dokument ta’ gwida aġġornat tal-ippjanar għall-użu tal-art sabiex iwieġeb għad-domanda. F’dan id-dokument il-kunsiderazzjonijiet prinċipali tal-ippjanar għall-użu tal-art jaqgħu fi tliet oqsma tematiċi: is-sit, l-adegwatezza u d-daqs tal-binja, u l-impatt potenzjali fuq il-ġirien. Biex tkun enfasizzata l-importanza tal-faċilitajiet taċ- child care, li kulma jmur qed isiru iżjed importanti għasservizzi tal-komunità li jagħtu sapport lill-familji, il-policy tippromwovi li dawn il-faċilitajiet se jkunu mqiegħda fiż-żoni residenzjali jew employment hubs bħaċ-ċentri tal-ibliet, żoni industrijali, parks tal-mikrointrapriżi, żoni turistiċi u żoni ta’ divertiment.
B’dan il-mod tkun aktar faċli għall-ġenituri li jaħdmu biex ikollhom aċċess viċin il-post tax-xogħol tagħhom. Binjiet eżistenti fil-kampanja jistgħu jkunu kkunsidrati wkoll xierqa għad-dispożizzjoni ta’ faċilitajiet ta’ child care ladarba l-binja ma tkunx wisq ’il bogħod mill-qasam urban u tkun diġà qed tagħmel użu minn network ta’ toroq.
Minħabba l-preżenza ta’ tniġġis kimiku u storbju mhux mixtieq, kif ukoll riskju iktar għoli ta’ inċidenti tat-traffiku, il-linji gwida mhux ser jikkunsidraw favorevolment faċilitajiet ta’ child care f ’toroq arterjali jew f ’toroq traffikużi ħafna. Minn perspettiva ta’ użu talart, il-policy tikkunsidra djar, maisonettes u djar detached f ’postijiet adattati bħala xierqa għall-użu ta’ faċilitajiet ta’ child care, dejjem jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din il-policy.
Barra minn hekk, proprjetajiet detached jista’ jkollhom vantaġġ ikbar minħabba li probabbli jkunu jistgħu jipprovdu post fuq barra għal-logħob, kif ukoll għall-parkeġġ