It-tampons mhumiex fost l-aktar użati fiċ-Ċina tant li minn stħarriġ li sar irriżulta li 2% biss tan-nisa Ċiniżi jużaw dan il-materjal. Mill-banda l-oħra, 42% tan-nisa Amerikani jużaw it-tampons.
Mill-istess stħarriġ irriżulta li ħafna min-nisa ma kinux familjari mal-mod kif jużawhom, jew ma kinux semgħu bihom qabel.
“Iċ-Ċiniżi preġudikati dwar l-użu tat-tampons – nisa ta’ bejn it-tletinijiet huma injoranti dwar is-suġġett u għandhom ħafna biża’ dwarhom,” kitbet persuna fuq blog dwar is-suġġett. Jista’ jagħti l-każ li hemm fatturi kulturali, inkluż li jkun hemm min jgħid lin-nisa Ċiniżi biex jużawhomx għax jitilfu l-verġinità, b’esperti mediċi jwaqqgħu dan l-argument.
Skont rapporti barranin, fiż-żmien li ġej, iċ-Ċina ser titniedi l-ewwel ditta tat-tampons. Din l-inizjattiva mistennija tinkoraġġixxi iżjed nisa jgħumu meta jkunu bil-‘period’.