2 persuni nstabu jiksru l-kwarantina obbligatorja fit-375 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.
Intant, 5 persuni ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija u Environmental Health Officers qed jagħmlu biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.
L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.