f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku separati raġel u mara kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei minħabba inċidenti separati tat-traffiku.
L-ewwel inċident seħħ fi Triq il-Bardnell San Pawl il-Baħar għal-ħabta tat-tmienja u nofs. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 62 sena minn San Pawl il-Baħar, intlaqat minn Mitsubishi L200, li kien qed jinstaq minn Ingliż ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar ukoll.
Intant, it-tieni inċident ġara għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart, fi Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien. Mill-istħarriġ li sar jidher li mara ta’ 68 sena residenti l-Imqabba, intlaqtet minn Toyota IQ , li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 56 sena u joqgħod Ħal Tarxien.
Tim mediku ta l-assistenza intbgħatet fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ persuni milquta ttieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura medika, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.