Żewġ persuni tilfu ħajjithom u madwar 27 oħra ġarrbu ġrieħi wara li ferrorvija tal-FrecciaRossa f’Milan qabżet il-linja b’riżultat li nqalbu diversi vaguni.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu qrib il-villaġġ ta’ Lodi. Madwar 50km il- bogħod minn Milan.
Iż-żewġ persuni li tilfu ħajjithom kienu ħaddiema tal-linji fuq il-ferrovija stess.
Kawża ta’ dan l-inċident il-linja tal-ferrovija minn Av Milan għal Bologna tinsab sospiża.
Fuq il-post hemm membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Taljana sabiex jassistu lill-persuni li huma maqbuda fil-vaguni. Sa’ issa għadu mhux magħruf x’setà kkawża dan l-inċidenti.