Żewġ persuni tilfu ħajjithom u iktar minn 17-il persuna sfaw midruba wara li ċediet gallerija ġewwa diskoteka fil-Korea t’Isfel fir-raħal ta’ Gwangyu.
Rapport tal-midja barranin qalu li diversi atleti għawwiema li kienu qed jikkompettu fil-kampjonati tad-dinja tal-għawm weġġgħu f’dan l-inċident. L-atleti huma mill-Istati Uniti, mill-Italja, mill-Brażil, mill-Olanda u minn New Zealand.
Intant żewġ persuni mill-Korea ta’ Isfel wieħed ta’ 38 sena u ieħor ta’ 27 sena, tilfu ħajjithom f’dan l-inċident traġiku.