Fl-eqqel taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied, l-Awstralja reġgħet intlaqtet minn każ ieħor li fih karozza saqet għal fuq folla nies.
Żewġ persuni ġew arrestati wara li karozza baqgħet dieħla f’folla ta’ nies fl-istazzjon ta’ Flinders Street, Melbourne l-Awstralja.
Il-pulizija qalu li l-att kien wieħed intenzjonat iżda mhux relatat ma’ terroriżmu hekk kif il-persuna li saq il-karozza jabbuża mid-droga u għandu problemi ta’ saħħa mentali.
Is-servizz tal-istat tal-ambulanza qal li tlettax-il persuna ttieħdu l-isptar, b’tal-inqas żewġ persuni oħra ingħataw l-għajnuna meħtieġa fuq il-post.
F’Jannar li għadda, sitt persuni nqatlu meta raġel saq vettura fuq persuni fit-triq f’Bourke Street.