Din hija ċ-ċifra ta’ tfittxija f’bagalji tal-passiġġieri li saru matul jannar 2018. magħhom saret 28 tfittxija fi ħwienet u 4 operazzjonijiet ta’ tfittxija fi swieq miftuħa.
Minn dawn it-tfittxjiet ġew miżmuma 36,000 sigarett u 7.374 kilogrammi tabakk tal-kuntrabandu u 63 flixkun inbejjed u xorb alkoħoliku.
Kien hemm seba’ operazzjonijiet oħra ta’ tfittxija saru b’mod konġunt mal-Pulizija u mal-Ispetturi tal-VAT. Saru wkoll 182 spezzjoni fuq vetturi/ trakkijiet u trailers mal-wasla minn Sqallija; 23 każ minnhom, il-merkanzija li kienu qed iġorru fihom ġiet riferuta lid-Direttorat tas-Sisa għall-ħlas tas-sisa jew għal aktar investigazzjoni;
25 spezzjoni saru wkoll biex jiġi kontrollat kull moviment li jista’ jwassal għal kuntrabandu tad-diesel kif ukoll saru 285 –il spezzjoni fl-ajruport għal flus mhux dikjarati kif ukoll 3 tfittxijiet fuq ajruplani mal-wasla.
Matul dan il-perjodu kontinwament saru spezzjonijiet għal oġġetti kontrafatti (foloz) filwaqt li d-Dwana wżat id-diversi mezzi ta’ scanning li għandha mifruxa mal-postijiet tagħha għal 14,940 darba.
Il-pubbliku jista’ jgħin billi jċempel b’mod anonimu fuq 2568 5124 jew 2568 5200.