Ix-xahar li għadda, li ra l-ftuħ mill-ġdid tat-turiżmu f’pajjiżna, ġab miegħu madwar 190,500 passiġġier li għaddew mill-mitjar Malti.
Din iċ-ċifra tindika titjib fuq it-traffiku tal-ajruport fix-xhur ta’ qabel.
L-aqwa swieq ta’ Ġunju kienu l-Italja, il-Ġermanja, Franza, il-Polonja u Spanja. Dan tal-aħħar kien ilu ma jidher fost l-aqwa ħames swieq tal-ajruport, imma s-suq Spanjol reġa’ tela’ fil-ħames post ix-xahar li għadda, primarjament għaliex reġgħu bdew jiġu operati titjiriet lejn Valenzja u Sevilja.
B’differenza għal snin oħra, ir-Renju Unit ma kienx fost l-aqwa ħames swieq tal-ajruport, imma f’Ġunju tela’ għas-sitt post wara li Malta tqiegħdet fuq il-lista l-ħadra lejn l-aħħar tax-xahar.