19-il tifel u tifla u żewġ adulti nqatlu minn żagħżugħ ta’ 18-il sena waqt sparatura fi skola primarja f’Texas, l-Istati Uniti.
Qed jiġi rrappurtat kif iż-żagħżugħ, li beda jispara fl-iskola fil-belt ta’ Uvalde, inqatel mill-uffiċjali fuq il-post.
L-investigaturi qalu kif huwa kien armat b’rifle, dan filwaqt li qed jiġi susspettat li qabel mar fl-iskola dan qatel lil nantu.
Il-każ seħħ fil-ħdax u nofs tat-tlieta filgħodu u huwa maħsub li persuna waħda biss kienet il-moħħ wara dan il-qtil.
Waħda mill-adulti li nqatlu, kienet għalliema fl-iskola u hija omm ta’ tifla.
Mal-500 student jattendu f’din l-iskola primarja u għandhom bejn seba snin u għaxar snin.