Robert Attila Majlat ta’ 42 sena u Attilane Majlat ta’ 47 sena, ġew ikkundannati għaxar u disa’ snin ħabs, rispettivament, talli traffikaw nisa għal skopijiet ta’ prostituzzjoni.
Fil-fatt, huma kienu akkużati li kienu jikkontrollaw ħajjet in-nisa u jipprostitwixxuhom billi kienu jirregolawlhom il-ħlasijiet għas-servizzi tagħhom u li kienu jieħdulhom il-flus li jdaħħlu.
Waħda minn nisa saħansitra qalet lill-Pulizija li l-akkużat kien xtraha mingħand persuna oħra li kien ukoll jużaha għal skopijiet ta’ prostituzzjoni.
L-Imħallef Edwina Grima kkonfermat l-ħtija tal-imputati li huma Ungeriżi u li kienu mressqa dwar dan il-każ għall-ewwel darba lura fl-2019. Intant, apparti s-sentenza ta’ priġunerija effettiva Robert Attila Majlat kien ordnat iħallas multa ta’ għaxart’elef ewro, filwaqt li l-mara flimkien mas-sentenza ta’ ħabs kienet immultata sebat elef ewro.