Mill-2016 sa Settembru ta’ din is-sena, kien hemm dsatax-il okkażjoni fejn intalbet ordni tal-Kummissarju tal-Pulizija, permezz tal-Prosekutur biex dar, ħanut, alloġġ, lukanda, appartament jew fond ieħor jinżammu magħluqa sa mal-Qorti tagħti s-sentenza.Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi li l-ewwel ordni tal-2016 kienet f’San Ġiljan.
Fl-2017 kien hemm tmien ordnijiet li kienu San Ġwann, Santa Venera, Birkirkara, il-Ħamrun u San Ġiljan.
Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena kien hemm 10 ordnijiet li kienu fil-Mosta, Birkirkara, il-Ħamrun, il-Pietà, San Ġwann, il-Fgura, Ħal Luqa u Ħal Qormi.
Il-Ministru Farrugia kien qed iwieġeb mistoqsija tal-membru parlamentari nazzjonalista Karol Aquilina.