Fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa ntqal 33 immigrant li lbieraħ iddaħħlu f’Malta ġew iżolati u sarilhom test għall-Covid-19.
Intqal li 19 minn dawn it-33 immigrant ittestjaw fil-pożittiv.
Il-Gvern irrimarka li bħalma hija l-proċedura normali, l-immigranti li jaslu bil-baħar jinżammu immedjatament fi kwarantina u jiġu ttestjati.
L-immigranti li nstabu li huma pożittivi se jibqgħu jinżammu f’iżolament f’parti fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Far u l-bqija tal-immigranti li ma rriżultawx fil-pożittiv se jibqgħu fi kwarantina u jiġu segwiti.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/07/30/se-tohrog-sejha-ghal-bastiment-biex-ikunu-izolati-immigranti-irregolari/