19-il immigrant akkużati bl-irvellijiet fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi, intbgħatu sena ħabs.
Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia l-immigranti fosthom ġuvni ta’ sbatax-il sena ammettew li għamlu ħsara fuq propjetà tal-Gvern, li ħadu sehem f’rewwixta, li ma obdewx l-ordnijiet u li kissru l-paċi pubblika.
B’hekk il-Qorti kkundanathom sena ħabs filwaqt li l-ġuvni ta’ sbatax-il sena ingħata sentenza ta’ 9 xhur ħabs.
Immigrant ta’ tmintax-il sena li affaċċja l-istess akkużi wieġeb mhux ħati. Huwa nħeles minn kull akkuża wara li ma kienx hemm biżżejjed evidenza kontrih.
L-avukat Noel Bartolo kien l-avukat għad-difiża filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Attard.