Fl-aħħar sigħat, 189 persuna oħra fiequ mill-Covid-19, filwaqt li feġġew 187 każ minn fost 3,879 test.
Dan ifisser li 95.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt 4.8% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 577,544 test.
B’kollox, s’issa, tlaqqmu kontra l-Covid-19 14,276 persuni.
Intant fl-aħħar sigħat anzjana ta’ 79 sena u anzjan ta’ 91 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.