Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet taw 1,880 multa wara li diversi persuni nqabdu jiksru l-miżuri marbuta mat-trażżin tal-imxija.
Il-biċċa l-kbira tal-multi ngħataw għaliex in-nies ma kinux lebsin maskra.
Fil-fatt inħarġu 1,222 multa marbut ma’ dan in-nuqqas.
Inħarġu wkoll 473 multa għal nies li nġabru iżjed minn suppost fi gruppi fil-pubbliku.
Nhar l-Erbgħa li għadda f’dan ir-rigward daħlet miżura ġdida fejn issa l-massimu ta’ nies flimkien mhux mill-istess residenza u li jkunu fil-pubbliku niżel għal tnejn.
172 persuna ġew immultati wkoll wara li kisru r-regoli ta’ kemm jistgħu jinġabru f’residenza.