Id-data tad-29 ta’ Lulju tfakkar il-188 sena minn meta ġie inawgurat wieħed mill-monumenti popolari fi Franza, l-Arc de Triomphe.
Dan il-monument famuż f’Pariġi, jinsab fit-tarf nett fil-Punent ta’ Champs d’Elysees fiċ-ċentru tal-Pjazza Charles de Gaulle.
Dan il-monument jonora lil dawk li ġġieldu u mietu għal Franza matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża u l-gwerer taħt Napuljun.
188 sena wara, dan il-monument għadu wieħed mill-attrazzjonijiet ewlenin għall-miljuni ta’ turisti li jżuru l-kapitali Franċiża.