L-ammont li nġabar sa tmiem il-maratona Oħloq Tbissima f’nofsillejl kien jammonta għal €202,626
B’hekk intemmet il- maratona ta’ 60 siegħa xandir live b’risq is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).
Is-sittin siegħa kienu mimlija attivita. Il-pubbliku ipparteċipa f’quddies, rużarju u mumenti oħra ta’ talb. Segwa wkoll filmati esklussivi, li wrew il-bżonnnijiet kbar li hemm, u kemm qed isir ġid b’din il-ħidma missjunarja. Kellna diskussjonijiet, kant u żfin, logħob u divertiment immirati biex jolqtu l-gosti tal-familja kollha.
Hekk kif din l-erbatax-il edizzjoni tal-Maratona Oħloq Tbissima ġiet fi tmiemha, Fr. Frankie Cini, Superjur Reġjonali tas-Soċjeta’ Missjunarji ta’ San Pawl, irringrazzja mill-qalb lil tant voluntiera li għenu biex din il-maratona tkun suċċess. Huwa kompla billi qal li l-qalb hija ħafna ikbar mill-flus li nġabru. Huwa għalaq id-diskors tiegħu billi wiegħed it-talb tiegħu lil benefatturi.
Fr. Louis Cilia saħaq fuq kemm hi importanti kull persuna sabiex titella’ attivita’ bħal din. Kull għajnuna kienet importanti u bżonnjuża, bla dubju, l-ikbar għajnuniet ġew min-nies ki cemplu minn darhom sabiex jibbenefikaw il-missjonijiet tal-mssp. Fr. Louis għalaq din il-maratona billi semma li din kienet attivita’ fejn inholqot tbissima, mhux biss fil-qalb tagħna izda wkoll fuq fomm tant u tant nies ‘il barra minn xtutna.