1,824 ġenitur jemmen li t-tfal għandhom imorru l-iskola bit-tracksuit.
Dawn jemmnu li apparti l-fatt li tracksuit tnaqqas il-kesħa, it-tfal ikunu aktar liberi li jiċċaqalqu u titnaqqas it-tbatija għall-ġenituri ta’ tfal li għandhom ġenituri bi tfal bi bżonnijiet spejċali.
L-espert fid-dehra Ludwig Saliba spjega li l-importanza mill-aspett etsetiku, filwaqt li aċċenna wkoll il-ħtieġa li l-uniformi tkun magħmulha b’mod li jkun aktar komdu għat-tfal. Spjega li mit-tfal, wieħed ma jistennix xi serjetà reġimentata bħal ma wieħed jistenna fuq postijiet tax-xogħol.
Charles Caruana Carabez, eks edukatur, wieġeb “absolutely” meta mistoqsi hemmx bżonn bidla totali fil-mod li bih inħarsu lejn l-edukazzjoni. Staqsa jekk il-preżenza tal-uniformi hix mossa demokratika jew komunista.
Dawn il-punti tqajmu waqt il-programm pjazza u li kienu diskussi flimkien ma’ Joanne Muscat, omm li ffirmat il-petizzjoni online.