Total ta’ 180 studenti bniet mill-iskejjel primarji ta’ St Dorothy’s (Sliema), St Joan Antide u dik ta’ Ħal Tarxien ħadu sehem f’Open Day fis-Centenary Stadium.
Kowċis tal-MFA u klabbs flimkien ma’ wħud mill-membri tat-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena ħadu ħsieb l-attività bil-għan li tressaq iktar bniet lejn il-logħba tal-futbol.
Il-missjoni kienet li jiġi evalwat il-livell tal-grassroots fil-futbol tan-nisa, il-Grassroots and Women’s Department fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-Malta Football Association, fejn b’kollaborazzjoni ma’ SportMalta u d-direttorat tal-kwalità u l-istandards fl-edukazzjoni (DQSE) organizzaw Open Day fis-Centenary Stadium fil-ġimgħat li għaddew.
Din l-inizjattiva qiegħda tħalli l-frott hekk kif aktar tfajliet qed jingħaqdu ma’ klabbs lokali.
Dawn l-attivitajiet jikkumplimentaw l-isforzi kontinwi tal-MFA biex tqanqal aktar entużjażmu fil-futbol femminili speċjalment fost bniet bejn is-6 u l-11-il sena billi tħajjarhom jingħaqdu ma’ klabbs lokali biex tiżdied il-parteċipazzjoni fil-livell tal-grassroots.
Għal aktar informazzjoni dwar l-avvenimenti jew dettalji relatati mal-futbol tan-nisa, wieħed jista’ jżur l-paġna uffiċjali ta’ Facebook, MFA Women’s Football, jew billi tibgħat email lil girlsfestivals@mfa.com.mt.