Fl-aħħar sigħat, 180 persuna oħra fiequ mill-Covid-19, filwaqt li feġġew 151 każ minn fost 3,208 testijiet.
Dan ifisser li 95.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt 4.8% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 580,752 test.
B’kollox, s’issa, tlaqqmu kontra l-Covid-19 15,316-il persuna.
Intant fl-aħħar sigħat, anzjana ta’ 82 mietet waqt li kienu pożittiva għall-Covid-19.