Il-kilba għas-serq biex isostni l-vizzju tad-droga tefgħat raġel ta’ tlieta u tletin sena l-ħabs. Bjorn Borg minn San Pawl il-Baħar weħel tmintax-il xahar ħabs wara li ammetta li seraq numru ta’ prodotti tal-fwieħa mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Borg li diġa nstab ħati fuq akkużi simili fil-passat seraq b’aktar minn elfejn ewro fi prodotti tal-fwieħa.
Fid-dawl ta’ dan, il-Maġistrat Neville Camilleri saħaq li apparti l-piena ta’ priġunerija talab lid-Direttur tal-Faċilità Korettiva ta’ Kordin biex jgħin bl-aħjar mod possibli ħalli r-raġel jegħleb il-problema tad-droga.