Reuben Alessandro Abela ta’ 30 sena mill-Mosta ntbagħat 18-il xahar ħabs u ġie mmultat €500 wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja filwaqt li kiser ordni ta’ protezzjoni fuq l-eks tfajla tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni qalet kif nhar l-Erbgħa filgħaxija, l-eks tfajla rrappurtat kif rat lil Abela għaddej bil-karozza tiegħu fit-triq fejn toqgħod.
Id-Difiża qalet kif l-imputat għaddej minn żmien diffiċli hekk kif il-ġenituri tiegħu għaddejjin minn żmien iebes ta’ saħħa, filwaqt li rrimarkat ukoll kif l-akkużat irrikonoxxa l-iżbalji li għamel.
L-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.