Paul Scicluna ta’ 38 sena minn Bormla intbagħat 18-il xahar ħabs talli fl-14 ta’ Marzu 2018 seraq għodda minn sit ta’ kostruzzjoni fil-berġa tal-Italja fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras sabet lill-akkużat ħati u anke li kien reċediv wara li hu stess ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh.
Il-qorti talbet ukoll li Scicluna jingħata l-assistenza psikoloġika.