SportMalta identifikat 18-il post simili fi 15-il lokalità madwar Malta u Għawdex, li fi programm ta’ sentejn, dawn l-ispazji miftuħa jew pitches se jsiru mill-ġdid b’investiment ta’ €600,000.
Fl-istess ħin il-Gvern se jaħdem fuq strateġija nazzjonali għall-isport mal-Maltese Olympic Committee li se tkopri l-għaxar snin li ġejjin. Ir-riżultati li l-atleti tagħna ġabu f’dawn l-aħħar snin jistgħu u għandhom jitjiebu, u għalhekk din l-istrateġija mhux ser tkun immirata biss lejn it-tkattir ta’ parteċipanti fl-isport, iżda l-kisba ta’ rebħ u medalji f’kull dixxiplina sportiva possibbli fil-manifestazzjonijiet sportivi internazzjonali l-kbar.
Dan tħabbar ftit tal-ħin ilu mill-Ministru Edward Scicluna meta kien qed jispjega kif is-settur sportiv se jkun milqut mill-baġit tal-2019.