Kaptan Tuneżin ta’ dgħajsa tas-sajd li għerqet fil-Mediterran ingħata sentenza ta’ tmintax-il sena ħabs.
Dan wara li mill-Qorti Taljana, nstab ħati li kkawża l-mewt ta’ 700 immigrant f’April tas-sena l-oħra.
Huwa nstab ħati wkoll ta’ traffikar uman filwaqt li l-assistent tiegħu, Sirjan ta’ 27 sena weħel sitt snin ħabs.
Kienu biss tmienja u għoxrin persuna li salvaw filwaqt li uħud mill-vittmi nġiebu Malta għad-difna.
L-għarqa ta’ din id-dgħajsa kienet waħda mill-akbar traġedji ta’ immigrazzjoni mill-Afrika ta’ fuq għall-Ewropa.