Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, Daniele Aquilina ta’ 29 sena ġie kkundannat 18-il sena ħabs u xahrejn ħabs, f’żewġ sentenzi separati.
Aquilina kien mixli b’serq bi vjolenza fuq 14-il persuna, li żamm diversi persuni kontra l-volontà tagħhom, li kkaġunalhom ġrieħi ħfief u li ġarr arma li taqta’ mingħajr il-permess tal-Pulizija. Huwa kien akkużat ukoll li ma osservax il-kundizzjonijiet imposti fuqu meta ngħata l-ħelsien mill-arrest u li sar riċediv.
Daniele Aquilina nstab ħati wkoll li għamel dokumenti foloz f’Ta’Xbiex, li beżża’ lil zijuh billi qallu li kien se jiża l-vjolenza fuqu, u li seraq il-mobile ta’oħtu, fost oħrajn.
Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat Frendo Dimech, wara li qieset il-fedina penali tal-imputat, ordnat il-konfiska ta’ €26,200 bħala garanzija biex iżomm mal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest skont digrieti li kienu ingħatawlu minn maġistrati differenti.