Minn tal-inqas 18-il persuna mietu u mijiet oħra ndarbu f’terrimot qawwi li laqat il-Lvant tat-Turkija fl-għaxra neqsin ħamsa tal-Ġimgħa filgħaxija, ħin lokali.
It-terrimot b’qawwa ta’ 6.8 li beda mill-villaġġ ta’ Sivrice fil-provinċa ta’ Elazig ikkawża tiġrif tal-bini, b’għexieren ta’ residenti joħorġu barra minn djarhom biex isalvaw. L-Awtorità Torka għad-Diżastri u l-Emerġenza qalet li nħassu mas-60 tgħeżiża oħra wara t-terrimot. Tgħeżiż ieħor inħass fis-Sirja, il-Libanu u l-Iran.
L-istess awtorità qalet li aktar minn 400 tim ta’ salvataġġ ser ikunu fiż-żona milquta biex jipprovdu tined u sodod għal persuni li spiċċaw barra minn darhom. Hija wissiet li l-ebda persuna ma għandha tirritorna fil-bini li kkawżalu xi ħsarat f’każ li jkun hemm aktar tgħeżiż ta’ wara t-terrimot.