Tmintax il-persuna mietu f’Hong Kong. Dan wara inċident tat-traffiku li fih kienet involuta karozza tal-linja fil-Jum tas-Sibt. B’dan l-inċident huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar diżastrużu li seħħew f’Hong Kong fl-aħħar snin.
L-inċident seħħ f’ waħda mill-highways ewlenin.Sabiex inħarġu l-passiġġieri kollha li kienu abbord il-karozza tal-linja l-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili kellhom iqaċċtu s-saqaf tal-vettura. Bi ħmistax mill-vittmi huma rġiel filwaqt li għexieren oħra indarbu f’dan l-inċident.
Huwa mifhum li l-inċident kien ikkawżat minn veloċità qawwija li biha kien qed isuq ix-xufier tal-karozza tal-linja.