Sparatura tal-massa fil-belt ta’ Lewiston fl-istat ta’ Maine fl-Istati Uniti, ħalliet minn tal-inqas tmintax-il persuna mejta.
L-allegat aggressur, li l-Pulizija semmew li jista’ jkun huwa Robert Card ta’ erbgħin sena, għadu ma nstabx. Il-Pulizija qalu li dan aktarx huwa “armat u perikoluż”.
Il-Gvernatur tal-Istat, Janet Mills wissiet lill-pubbliku biex ħadd ma jersaq lejn is-suspettat.
Lewiston hija belt li fiha jgħixu madwar tmienja u tletin elf ruħ, u bħalissa tinsab f’lockdown. In-negozji ġew imwissija biex jagħlqu, u n-nies biex jibqgħu fi djarhom.