Tmintax-il ħaddiem f’minjiera tilfu ħajjithom filwaqt li ħamsa oħra għadhom ma nstabux wara ħrug ta’ gass tal-carbon monoxide f’minjiera tal-faħam fin-naħa tal-Lbiċ tal-pajjiż.
Minn filmati elevati tal-kameras tas-sigurtà jidher illi l-inċident seħħ wara li l-ħaddiema kienu qegħdin iżarmaw xi tagħmir minn taħt l-art.
Intant skattat investigazzjoni dwar dan l-inċident u l-minjiera ngħalqet għax-xahrejn li ġejjin.
Dawn it-tip ta’ inċidenti f’minjieri fiċ-Ċina huma komuni ħafna u l-maġġoranza tad-drabi jseħħu minħabba nfurzar ħażin tar-regolamenti dwar is-sigurtà.