18-il għaqda mhux governattiva ingħataw fondi mill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund permezz tal-fond għal għaqdiet volontarji.
Fondi li permezz tagħhom kull għaqda mhux governattiva se twettaq proġetti soċjali li minnhom se jibbenefika l-poplu Malti u Għawdxi. It-tmintax-il għaqda intgħażlu wara evalwazzjoni u proċess trasparenti u kontabbli.
Il-President tar-Republikka Marie Louise Coleiro Preca irringrazzjat lil dawn l-għaqdiet filwaqt li fissret kif dawn il-fondi se jibbenefikaw minnhom il-poplu Malti u Għawdxi.