Fl-aħħar sigħat, 175 persuna oħra fiequ mill-Covid-19, filwaqt li feġġew 203 każijiet minn fost 3,345 test.
Dan ifisser li 93.9% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt 6.1% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 592,890 test.
B’kollox, s’issa, tlaqqmu kontra l-Covid-19 19,981 persuna.
Intant, anzjana ta’ 76 sena u 79 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.