Is-sena 2016 rat 17,298 rapport lill-Pulizija. Żieda minima fuq is-sena ta’ qabel, li pero minn analiżi li saret jimmarka tnaqqis qawwi minn dak li kien mistenni.
Filfatt, meta wieħed jikkunsidra l-istatistiċi u l-hekk imsejħa trends, kien mistenni li jkun hemm żieda ta’ iktar minn 1,500 rapport. Fir-realà kien hemm żieda ta’ 160 fuq is-sena ta’ qabel.
Għaldaqstant f’konferenza tal-aħbarijiet il-Professur u Kriminologu Saviour Formosa, li ħadem dan ir-rapport u analiżi, innota kif dan ifisser li kien hemm bidla ċara ta’ policies u ħidma effettiva.
Innota wkoll kif kien hemm żieda f’dawk li huma rapporti ta’ reati personali, bħal vjolenza domestika u pickpocketing.
Minn naħa tiegħu, il-Ministru Carmelo Abela tenna l-impenn tal-Gvern biex janalizza dawn ir-rapporti u jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.
Innota kif hemm il-ħtieġa li tiżdied il-preżenza tal-Pulizija fit-toroq, flimkien ma’ iktar taħriġ.