Minn tal-inqas, 17-il persuna tilfu ħajjithom wara nirien li tkebbsu fi skola fil-Kenja.
Barra minn hekk, hemm il-biżà li dan in-numru jikber, hekk kif għexieren oħra ittieħdu l-Isptar, kawża ta’ ġrieħi serji li sofrew kawża ta’ ħruq.
Il-kawża wara dawn in-nirien, għadha mhix magħrufa, minkejja li din mhijiex l-unika darba li dan ġara fil-pajjiż.
Tul dawn l-aħħar 30 sena, ġraw diversi inċidenti simili. Fl-2022, dormitorju fil-Punent tal-Kenja inħaraq, b’diversi studenti li ġew arrestati b’rabta ma’ dan il-każ – b’każijiet simili wkoll fis-sena ta’ qabel.
Fl-2017, 10 studenti mietu wara li tkebbes f’nirien fi skola f’Nairobi.
Aktar minn 20 sena ilu, 67 student mietu fl-aktar attakk qalil permez ta’ nirien li qatt sar fuq skola, fil-Kenja.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, qal li uħud mir-raġunijiet wara dan l-attakk huma abbuż mid-droga, relazzjonijiet ħżiena bejn l-istudenti u l-għalliema, kif ukoll nuqqas ta’ servizzi ta’ counselling.
Il-President tal-pajjiż, William Ruto qal li dan il-każ huwa orribli u devastanti.