17-il persuna mietu b’kawża ta’ nar li ħakem bini li fih kien hemm diversi anzjani f’villaġġ viċin il-kapitali Ukrena Kiev. In-nar beda fis-sigħat bikrin ta’ dalgħdu f’bini ta’ żewġ sulari.
Fil-binja kien hemm madwar 35 persuna. Il-Ministeru tal-Emerġenza qal li ġew salvati 18-il persuna, b’ħamsa minnhom ittieħdu l-isptar minħabba ħruq. L-awtoritajiet bdew investigazzjoni fuq l-inċident.
Il-Prim Ministru Ukren iddeskriva n-nar bħala traġedja terribbli li kkawżat ħsara li ma tissewwix. Qal li l-gvern offra kondoljazni sinċiera għal familji tal-vittmi.