17-il żagħżugħ u żagħżugħa se jittressqu l-Qorti akkużati bi ksur ta’ paċi pubblika f’Qui Si Sana.
Kien proprju tul il-lejl li għadda li wara numru ta’ rapporti li saru mal-Kunsill dwar storbju fi tmiem il-ġimgħa, il-Pulizija mill-Għassa ta’ Ta’ Sliema taħt is-superviżjoni ta’ Supretendent Sandro Camilleri ġrew u waqqfu liż-żgħażagħ.
Minn hemm huma ttieħdu l-Għassa tal-Pulizija fejn ittieħdu d-dettalji tagħhom u ngħataw ċitazzjoni fejn se jkunu qed jitressqu l-Qorti akkużati li kissru l-paċi pubblika u kif ukoll li ħammġu l-pubbliku.
F’messaġġ fuq Facebook, il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Sliema rringrazzja lis-Supretendent flimkien mat-tim tal-ħidma tagħhom u l-appoġġ.