Illum il-Karkariżi qed jiftakru jum ta’ swied il-qab għar-raħal tagħhom.
Dan hekk kif bħal-lum 17-il sena, preċiżament l-Erbgħa, 27 ta’ Ġunju tal-2007 seħħ inċident fil-Kamra tan-Nar ta’ Santa Liena 18 t’Awwissu.
Inċident li ħassad il-ħajja ta’ ħames persuni: Vincent Galea, Paul Bonnici, Sunny Borg, Richard Cardona u Carmel Farrugia, li tilfu ħajjithom traġikament waqt li kienu qedgħin jagħmlu dak li tant kienu jħobbu jagħmlu, jaħdmu n-nar għall-festa ta’ Santa Liena.
Ta’ min jgħid li fil-kamra dak il-ħin kien hemm ukoll raġel ieħor, Joseph Bonello, li rnexxielu jsalva. Ta’ kull sena din it-traġedja titfakkar minn għaqdiet Karkariżi u anke ssir quddiesa.
Għallkemm għaddew 17-il sena, l-memorja ta’ ulied Birkirkara se tibqa’ ħajja f’moħħ il-Karkariżi.