Madwar 17-il missjunarju u l-familjii tagħhom, inkluż tfal, kien maħtufa minn membri ta’ gangs fil-belt kapitali tal-Haiti.
Rapporti jgħidu li l-missjunarji Amerikani nħatfu huma u ħerġin minn orfanatrofju li kienu qed jibnu u l-grupp issa qed jinżamm minn persuni armati.
Il-Gvern Amerikan għadu ma ta l-ebda dettalji dwar dan l-inċident.
Gangs armati għandhom taħt idejhom fost l-aktar żoni foqra fil-belt kapitali u riċentament bdew jikkontrollaw diversi partijiet oħra.
Din wasslet għal żieda qawwija ta’ każijiet ta’ ħtif.
Filfatt, fl-ewwel tliet kwarti ta’ din is-sena ġew irreġistrati aktar minn 600 każ.