Matul is-sena tal-2016 instab li kien hemm sbatax-il lukanda f’Malta li ma kinitx konforma mar-Reġolamenti.
Tul l-istess sena, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, għamlet diversi spezzjonijiet fil-lukandi inkwistjoni, kif ukoll laqgħat ma’ operaturi li ma kinux qed jilħqu l-istandards rikjesti mil-liġi.
Minn sbatax-il lukanda, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ħadet azzjonijiet legali kontra għaxar lukandi bi tmien operaturi.
Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari li saret mill-Membru Parlamentari Silvio Schembri lill-Ministru Edward Zammit Lewis.