Sajf jew xitwa, il-ħidma ma tiqafx. Fl-aħħar jiem ġew konfiskati 17-il kelb u kelba mingħand sid li ma kienx qed iżommom fi stat tajjeb.
B’ħidma sfiqa mill-ħaddiema tal-MSPCA u minn membri mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, dawn il-klieb ittieħdu u tqassmu f’santwarji tal-annimali kif ukoll fi djar tar-riabilitazzjoni tal-annimali.
Dawn il-klieb, li kienu miżmuma fi dlam ċappa, f’gaġeġ tal-ħadid, u jorqdu fuq iċ-ċana, spiċċaw b’vista mtappna kawża ta’ nuqqas ta’ dawl tul ħajjithom.
ONE News tkellem ma’ Althea Galea, il-Maniġer għad-Drittijiet tal-Annimali fl-MSPCA, li spjegat il-kundizzjoni li nstabu fiha l-klieb.
Spjegat kif, kawża tam-nuqqas ta’ dawl, il-klieb spiċċaw biċ-ċpar f’għajnejhom.
Intant, Althea Galea spjegat kif wieħed għandu jevalwa kollox qabel jagħżel li jadotta annimal.