In-numru ta’ każijiet ta’ persuni nfettati bil-coronavirus tela’ għal mija u sebgħa wara li f’konferenza tal-aħbarijiet, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar sigħat ġew ikkonfermati sbatax-il persuna oħra bil-Covid-19.
Dawn il-persuni rriżultaw pożittiv wara li saru tlett mija u erbgħa test matul il-jum tal-Ħadd.
Is-supretendent tas-saħħa pubblika spjegat li għaxra mill-każijiet il-ġodda huma importati filwaqt li l-bqija rriżultaw minn trażmissjoni lokali.
Fost il-każijiet relatati mas-safar hemm il-każ ta’ Maltija ta’ wieħed u sittin sena, li ma sifritx imma kellha kuntatt ma xi persuni li kienu imsiefra.
Ġuvni ta’ dsatax-il sena siefer lejn it-tramuntana tal-Italja u kien kwarantina.
Mara ta’ sitta u ħamsin sena rriżultat pożittiv għal Coronavirus wara li ġiet mir-Renju Unit. Bl-unika kuntatt li kellha kien mal-familja tagħha.
Ingliż ta’ sitta u ħamsin li jgħix f’Malta ħarġulu s-sintomi kif ġie lura f’pajjiżna.
Il-Professur Charmaine Gauci qalet li qed jiġu traċċati l-passiġġieri li kienu miegħu fuq l-ajruplan.
Fost dawk pożittivi għal Covid 19 hemm koppja li siefru Madrid, Maltija ta’ tnejn u tletin sena u Taljan ta’ tletin sena.
Hemm ukoll Malti ta’ tmienja u għoxrin sena li jgħix l-Ingilterra u li ġie lejn Malta. Il-Professur Gauci qalet li hu kien kwarantina, iżda qed jiġu intraċċati l-persuni li kienu fuq l-ajruplan miegħu minħabba li kien diġa bis-sintomi.
Irlandiża ta’ sittin sena li tgħix f’Malta, rrizultat pożittiva wara li siefret f’diversi pajjiżi.
Malti ta’ sitta u ħamsin ġie infettat bil-coronavirus minn fuq ix-xogħol wara li kellu kuntatt ma’ persuna li kienet imsiefra.
Dan filwaqt li raġel ta’ erbgħin sena ġie infettat wara li kellu kuntatt ma’ żewġ membri tal-familja tiegħu li diġà kienu laqtu l-virus.
Il-Professur Charmaine Gauci qalet li fost il-persuni li ma siefrux u ġew infettati minn trażmissjoni lokali hemm mara ta’ tnejn u tletin li taħdem bħala ħaddiema tas-saħħa
Malti ta’ erbgħa u tletin sena rriżulta pożittiv għal Covid 19 bis-sintomi ħarġulu fis-sittax ta Marzu.
F’dan il-każ intqal li r-raġel ġieli kellu kuntatt ma’ barranin.
Ukrena ta’ tmienja u tletin sena ġiet infettata bil-virus.
Bil-mara kellha kuntatt ma’ barranin fuq il-post tax-xogħol.
Mara ta’ tnejn u ħamsin sena ukoll ġiet pożittiva għal coronavirus.
Is-supretendent tas-saħħa pubblika qalet li hemm każ ta’ tliet persuni relatati ma’ xulxin.
Tfajla ta’ erbatax-il sena, mara ta’ disgħa u erbgħin sena u żagħżugħ ta’ wieħed u għoxrin sena, ġew infettati bil-Covid 19.
Il-persuni kollha jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba u r-raġel li jinsab fit-taqsima tal-kura intensiva jinsab f’qagħda stabbli.
Il-Professur Gauci stqarret, “Kulħadd jinsab fi stat ta saħħa tajba fejn is-sintomi huma ħfief. Bl-anzjani li qed ibati bi pneumonia nistennew li jdum ftit jieħu l-kura.”
Il-Professur Charmaine Gauci qalet li b’kollox sa issa saru tlett elf disgħa u disgħin test.
Elfejn mija u sitt persuni ġew ittestjati wara li ħassew xi sintomi filwaqt li disa’ mija tlieta u disgħin test saru fuq nies li daħlu fl-Isptar Mater Dei.
“Din sitwazzjoni li taf tieħu ftit fit-tul. Allura iridu nidraw bil-ħajja tagħna normali. Kemm jista jkun nżomm kuntatt ma’ dawk tal-familja. Nieklu ikel tajjeb.” Ikkonkludiet tgħid il-Professur Gauci.