6 linji tal-ajru differenti ser ikunu qed joffru titjiriet diretti lejn 17-il ajruport f’disa’ pajjiżi u reġjuni, inklużi Sqallija, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Lussemburgu, għall-perjodu bejn Lulju u Ottubru.
Ħabbar dan l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fi stqarrija hekk kif spjega li bħalissa t-tim tal-iżvilupp tat-Traffiku flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħdin jaħdmu mill-qrib mal-linji tal-ajru sħab tal-ajruport sabiex jerġgħu jibdew jibnu l-konnettività ta’ Malta, hekk kif ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġjar qed jiġu llaxkati.
Din hija l-iskeda bil-ġranet li fihom se joperaw it-titjiriet mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lejn l-ajruporti differenti fid-9 pajjiżi fl-Ewropa.