164 sewwieq din is-sena tilfu l-liċenzja tagħhom, meta weħħlu 12-il-punt għax saqu b’mod ta’ negliġenza. Bil-liċenzja ġiet sospiza għal xahrejn.
Dan tħabbar dalgħodu meta Transport Malta u l-Malta Road safety council jinsabu fil-Belt Valletta jqassmu ‘mincepies’ u test tax-xorb.
Dawn nedew kampanja sabiex f’dawn iż-żmien ta’ festi l-pubbliku ma jsuqx jekk se jixrob.
Kumpanija tal-avjazzjoni Airx irreġistrata f’Malta, tat lill-Transport Malta ‘Gear’ tal-Brażil iffirmat mill-plejers tal-Brażil. Dan sar auction u l-flus miġbura marru għal ‘blue light foundation.’
Tħabbar ukoll li Transport Malta se tibda tagħmel spezzjonijiet lill-karozzi tat-taxi, vannijiet sabiex f’dawn iż-żminijiet isuqu b’attenzjoni lill-pubbliku.