Bil-għan li tkompli tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-prekarjat f’entitajiet pubbliċi, il-Gvern ħabbar li t-terminu tal-kuntratt tal-ħaddiema tal- Wasteserv se jibda jiġi mġedded kull tliet snin minflok sitt xhur.
Dan ħabbru l-Minstru għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Josè Herrera waqt żjara li għamel fil-faċilitajiet tal-Wasteserv, f’Wied il-Għajn.
Fi kliem il-Ministru, din il-miżura se toffri aktar serħan il-moħħ u kundizzjonijiet adegwati lill-ħaddiema tal-Wasteserv.
Il-Ministru Jose Herrera qal li l-Gvern huwa impenjat li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u jkompli jiġġieled il-prekarjat.